Sitt Maltin twaqqfu fil-port ta’ Ragusa fi Sqallija, wara li nstavb li kellhom mad war 500 kilo laħam tal-ħanżir selvaġġ.
Il-każ ġie rappurtat fil-midja fi Sqallija fejn skont ir-rapporti il-Maltin kienu se jitilgħu fuq il-katamaran meta twaqqfu. Intqal li minbarra l-laħam instabu fil-pussess ta’ 10 snieter tal-kaċċa kif ukoll ammont ta’ skrataċ.
Ir-rapporti qalu li fit-23 ta’ Marzu li għadda kien hemm żewġ Maltin oħra li nqabdu jwettqu reat simili.