Monday, December 9, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara li waqgħet tliet sulari ġo xaft fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Ħabb il-Qamħ, il-Manikata, Mellieħa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta’ 5 residenti San Ġwann li kienet qed iżżur binja li fuq ġewwa għadhom għaddejin xi xogħolijiet, weġġgħet wara li waqgħet madwar tliet sulari ġo xaft.

Fuq il-post issejjaħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Mara l-Isptar wara li waqgħet tlett sulari f’xaft fil-Manikata

Mara ta’ 56 sena residenti San Ġwann ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:10 a.m, kienet involut f’inċident fi Triq Ħabb il-Qamħ fil-Manikata, il-Mellieħa.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li l-vittma waqgħet f’xaft ta’ għoli tlett sulari fil-Manikata, il-Mellieħa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel assistenza medika, sakemm din ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport