Friday, May 1, 2026

Mara bi ġrieħi serji u tifla ta’ 5 snin bi ġrieħi gravi f’inċident f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Mara ta’ 40 sena u tifla ta’ 5 snin, residenti Wied il-Għajn, ilbieraħ, għall-ħabta tal-4.15pm, ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċident tat-traffiku fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Wied il-Għajn.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq Peugeot 3008 u ħabtet ġo ħajt tas-sejjieħ.

Huma ingħataw l-għajnuna minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, u wara ttieħdu l-isptar b’ambulanza fejn it-tifla ġiet iccertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara ġiet iccertifikata bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport