Friday, May 1, 2026

Mara ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Mara ta’ 65 sena, residenti San Pawl il-Baħar, ilbieraħ għall-ħabta tas-6.15pm, ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Mountbatten, il-Ħamrun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara intlaqtet minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena minn Ħaż-Żabbar.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport