Mara fil-periklu tal-mewt u raġel bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtu minn mutur f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel Marokkin u mara Franċiża, it-tnejn għandhom 73 sena, intlaqtu minn mutur Kymco Agility 16+ 125 misjuq minn raġel Franċiż ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-Marokkin u l-Franċiża l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport