Mara fil-periklu tal-mewt u xufier ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku. L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-5:00 pp.m., fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn Daihatsu Sirion misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti San Ġwann u mutur Aprilia misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara.

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 pp.m., fi Triq Joe Sciberras, il-Ħamrun. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 69 sena resdenti l-Pietà intlaqtet minn Volgswagen Golf misjuqa minn Sirjan ta’ 23 sena.

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn aktar tard ix-xufier tal-mutur kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara ta’ 69 sena kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar iż-żewġ inċidenti għadhom għaddejjin, filwaqt li lMaġistrat Dr Tanya Sammut ħatret inkjesta dwar l-inċident fil-Ħamrun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport