Friday, December 20, 2024

Mara teħlisha ħafif wara li l-karozza li kienet fiha ħadet in-nar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara ħelsitha ħafif wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7.30 a.m kienet involuta f’inċident fi Vjal De Paule f’Ħal Balzan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq karozza tal-għamla Volgswagen fl-imsemmija żona meta l-karozza nħakmet minn nirien qawwija.

Issejħet minnufih għall-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili filwaqt li l-pulizija għalqu parti mit-triq direzzjoni lejn il-Palazz ta’ San Anton sakemm ġiet kontrollata s-sitwazzjoni.

Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza u tim mediku li ħadu lill-mara – ta’ 28 sena residenti l-mellieħa – lejn l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni minħabba qatgħa li sofriet.

Ekonomija

Sport