Friday, May 17, 2024

Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Mara ta’ 43 sena residenti Ħal Tarxien, għall-ħabta tas-07.15am, ittieħdet l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq Toyota Aygo, tilfet il-kontroll u daħlet ġo trakk li kien ipparkjat.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport