“Marsalforn spiċċa fi stat tal-biki” hekk sostna l-Kunsillier taż-Żebbuġ Għawdex b’referenza għal ħafna skart li qiegħed ikun hemm fit-toroq minħabba li n-nies mhux josservaw l-iskeda tal-ġbir.
Sostna li post turistiku spiċċa f’din is-sitwazzjoni hija xi ħaġa tal-biki u aktar minn hekk “bħala kunsill spiċċajna li lanqas fuq l-iskart ma nistgħu jieħdu nazzjoni kif konna nagħmlu ftit tax-xhur ilu.”
Sa ftit tax-xhur ilu s-sistema tal-ġbir tal-iskart kien f’idejn il-Kunsilli Lokali fejn kien jaddotta skeda skont il-bżonnijiet tal-lokali. Iżda issa t-tmexxija u l-kordinazzjoni tal-ġbir tal-iskart qiegħed f’idejn il-Kunsilli Reġjonali, li dawn lanqas jistgħu jaqbdu u jbiddlu skeda minħabba li tali skeda hija komuni għal Malta u Għawdex.
Cordina jsostni li hemm bżonn infurzar. “Inutli li noħorġu emendi ġodda, inutli li nagħmlu liġijiet u qisu xejn mhu xejn,” stqarr il-Kunsillier Żebbuġi.