Preżentament jattendu mal-2,553 anzjan fiċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva mmexxija mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u 486 anzjani oħra fiċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva l-oħra, b’total ta’ 3,039 membru.
Sostna dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri.
Il-Ministru Abelaspjega li preżentament hawn 28 Ċentru għall-Anzjanità Attiva mmexxija mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, erbgħa mmexxija mill-Kunsilli Lokali b’kollaborazzjoni mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u tnejn immexxija minn NGOs.