Sunday, November 3, 2024

McDonalds tbigħ ir-restoranti kollha li għandha fir-Russja

Aqra wkoll

Il-kumpanija ġganteska tal-ikel, McDonalds, waslet qrib li tbigħ ir-restoranti kollha li għandha fir-Russja. Dan hekk kif din il-kumpanija qatgħet kull rabta ma’ dan il-pajjiż wara l-invażjoni Russa fl-Ukrajna. 

Ix-xerrej huwa Alexander Govor, li fil-preżent jopera 25 restorant ġewwa s-Siberja, u dan se jkun qiegħed jieħu f’idejh ir-restoranti kollha ta’ McDonalds — flimkien mal-ħaddiema, u jibda jopera taħt isem ieħor. B’kollox huwa xtara 850 restorant ta’ McDonalds. 

S’issa għadu mhux magħruf kemm kien il-prezz tal-bejgħ, iżda McDonalds wissiet lill-investituri li din id-deċiżjoni se tkun qiegħda tiswa lill-kumpanija iktar minn biljun dollaru. Il-bejgħ mistenni li jkun komplut fi żmien ftit ġimgħat oħra. 

McDonalds ilha topera fir-Russja għal iktar minn 30 sena. L-ewwel restorant kien infetaħ f’Moska fl-1990, hekk kif it-tensjoni tal-Gwerra Bierda kienet naqset sostanzjalment. 

Sport