L-MEP Roberta Metsola mill-ġdid reġgġet ġiet eletta President tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin. Fil-fatt mal-ewwel votazzjoni Metsola ġabet il-50+1 tal-voti.
Hi ġabet 562 vot filwaqt li Irene Montero ġabet 61 vot.
Il-votazzjoni saret b’mod sigriet fil-bidu tal-leġislatura fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Is-seduta li bdiet għall-ħabta tal-10.00am bdiet b’diskors mill-President Metsola u dan skont kif tgħid il-proċesura tal-Parlament Ewropew, iżda imbgħad minħabba li Metsola kienet kandidata, il-bqija tas-seduta tkompli tiġi ppreseduta mill-Viċi President Pina Picierno.
Metsola u anke Montero kellhom 5 minuti ċans biex jippreżenaw il-proposti tagħhom.
Fid-diskors tagħja Metsola qalet li għalkemm l-Unjoni Ewropea mhix perfetta, il-Parlament Ewropew hu post ta’ opportunità biex il-potenzjal ta’ kull persuna tkompli tikber mingħajr limitu. Metsola qalet li l-UE għandha bżonn tmexxija soda quddiem l-isfidi li se tiffaċċja fil-futur.
Min-naħa tagħha Montero qalet li ma jistax jerġa’ jkun hemm skandlu ieħor li jerġa’ jtappan l-istituzzjonijiet Ewropej. Hija kienet qed tirreferi għal iskandlu Qatargate. Hija tkellmet ukoll dwar l-importanza li l-Ewropea tkun simbolu ta’ paċi.
Ara x’qalu Alex Agius Salib u Daniel Attard dwar il-vot tagħhom