Monday, December 23, 2024

“Mhuwiex xogħol il-Pulizija” – Il-POU

Aqra wkoll

Ilum Il-Police Officers Union bagħtet lil amministrazzjoni tal-korp tal-pulizija rigward il-kwistjoni tax-“Sheparding of School Children” li skont il-liġijiet ta’ Malta din turi biċ-ċar li dan mhux xogħol li jiġi assenjat lil Pulizija. 

Fi stqarrija maħruġa minnha l-POU qalet li din hi it-tieni darba li qed jintbagħat dan l-ilment iżda jidher li l-amministrazzjoni mhux tisma’. Il-POU tistenna azzjoni immedjata u li b’hekk dan ix xogħol ma jibqax isir mill-membri tal- korp. 

Il-POU sostniet li jekk mhux se tittieħed azzjoni fl-immedjat mhux se tħalli triq oħra ħlief li din il-kwistjoni li ilha pendenti mhux ħażin teskala għaliex ma tħossx li hu sew li l-amministrazzjoni qeda tkaxkar Saqqajha.

Ekonomija

Sport