Saturday, December 21, 2024

Minn għada ma jistgħux jinġemgħu gruppi ta’ aktar minn 10 persuni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn għada, il-Ħamis l-ewwel t’Ottubru, l-ammont massimu ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu fi grupp fi spazji pubbliċi se jonqos minn 15-il persuna għal 10 persuni.

Din il-miżura qed tidħol fis-seħħ wara konsultazzjoni mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika sabiex tkun limitata iżjed l-imxija ta’ COVID-19.

Dan ifisser li fi spazji  pubbliċi,  gruppi  ta’  aktar  minn  10 persuni għandhom ikunu projbiti inklużi fi kjus u fuq bus stops, sakemm ma tinżammx id-distanza soċjali bejniethom.

Din il-miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza.

Ekonomija

Sport