Wednesday, July 24, 2024

Mixli li hedded raġel b’sikkina f’argument bejn żewġ familji – jinħeles minn kull akkuża

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Lara Lanfranco ordnat biex żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Birgu jiġi meħlus mingħajr l-ebda kundizzjoni u dan wara li l-Qorti qieset li l-arrest kien wieħed invalidu.

Hu tressaq il-Qorti fjen ġie akkużat li hedded u ħebb għal raġel li pprova jwaqqaf argument bejn l-akkużat u persuni oħrajn. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-argument seħħ bejn żewġ familji u dawn kienu ilhom bl-inkwiet bejnithom. L-istess familji kienu ilhom jagħlu rapporti kontra xulxin għand il-Pulizija b’wieħed minnhom ikun kontra Orian Theuma White.

Il-Pulizija ħasset li darba kellha tarresta u tressaq lil Orian Theuma White wara li waqt l-argument ħareġ sikkina fil-konfront ta’ raġel mill-familja l-oħra li kien mar hemm biex iwaqqaf ġlieda. Il-vittma kien qal lill-pulizija li l-akkużat kien poġġa sikkina ma’ għonqu u heddu li joqtlu.

Min-naħa tagħha d-difiża mexxija mill-Avukat Ishmael Psaila kkontesta il-validità tal-arrest għax skont hi dan hu reat kontravenzjonali u żiedet li s-sikkina qatt ma nstabet waqt li sostniet li l-Pulizija ma nvestigatx qabel ma ressqet lill-akkużat. Id-difiża qalet li fil-filmati tal-cameras tas-sigurtà, fl-ebda ħin ma dehret is-sikkina waqt li argumenta.

Min-naħa tagħha l-prosekuzzjoni qalet li fl-istqarrija li ta lill-Pulizija l-akkużat kien inkonsistenti għax ta diversi verżjonijiet fuq is-sikkina li allegatament intużat waqt l-argument.

Wara li semgħet iż-żewġ naħat, il-Maġistrat Lanfranco qalet li l-arrest kien wieħed invalidu u ordnat biex l-akkużat jinħeles mingħajr l-ebda kundizzjoni. Il-Prosekuzzjoni talbet biex ikun hemm ħruħ ta’ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma u l-familjari tiegħu, liema talba ġiet milqugħa.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport