Mixlija li ħebbet għall-eks sieħeb 

Aqra wkoll

Mara ta’ 28 sena mill-Belarussja baqgħet tinżamm taħt arrest preventiv wara li ġiet mixlija li ħebbet għall-eks sieħeb, ikkawżatlu ġrieħi ħfief u għamlet ħsara f’vetturi fil-garaxx fejn jaħdem.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-Ħadd filgħodu, l-imputata kienet marret fil-garaxx f’Ħal Qormi u allegatament laqtet lill-eks sieħeb tagħha b’elmu u gidmitlu subgħajh.

Hija ġiet mixlija wkoll li wżat oġġett biex tagħmel ħsara f’muturi u fil-windscreens ta’ karozzi fil-garaxx. Il-ħsara allegatament qabżet l-elfejn ewro.

Fil-Qorti, id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li l-allegat vittma għad irid jixhed.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-allegat vittma għal tliet snin.

Id-Difiża tmexxiet mill-Avukata tal-Għajnuna Legali, Martina Herrera.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport