Nadab John huwa ż-żagħżugħ ta’ 15-il sena li miet wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum

Aqra wkoll

Nadab John huwa ż-żagħżugħ ta’ 15-il sena li miet wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-4:45 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-akwati tas-slipway tax-Xgħajra.

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu liż-żagħżugħ mitluf minn sensih. Huwa kien itella’ mill-baħar minn xi nies li kienu fuq il-post kif ukoll bdew ituh l-ewwel għajnuna.

Il-vittma ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza għal aktar attenzjoni medika iżda sfortunatament, huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

“Strieħ fis-Sliem, għażiż Nadab John. Int xtaqt isservi fuq l-artal biex tkun aktar qrib Ġesù, u issa tinsab fil-preżenza eterna tiegħU. Itlob għall-għeżież ġenituri tiegħek, għal ħuk u għal oħtok, u għalina lkoll li qed inġarrbu n-niket tat-telfa tiegħek”.

Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook tal- Knisja Ta’ Ġieżu – Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta. Huma qalu wkoll; “Itlob għall-Komunità Pakistana Kattolika tagħna, biex tibqa’ dejjem magħquda fil-fidi u fl-imħabba hekk kif tkompli tikber. Il-memorja tiegħek fil-Knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta se tibqà ħajja imma n-nuqqas tiegħek se jinħass”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport