Spanja għat-tieni jew l-Argentina għar-raba’ darba?

Aqra wkoll

Wara ħames ġimgħat ta’ football tal-ogħla livell, wasal il-mument tant mistenni … illum fil-MetLife Stadium, New Jersey, fi New York, Spanja u Arġentina se jiltaqgħu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 2026, f’partita li mistennija tattira madwar 82,000 spettatur u miljuni ta’ telespettaturi madwar id-dinja jaraw il-logħba minn fuq it-televiżjoni. Din hija finali li se tlaqqa’ liċ-champions Ewropej kontra ċ-champions tad-Dinja.

Min-naħa hemm Spanja, li impressjonat matul ilkompetizzjoni bil-football organizzat, bil-kollettivá, il-kontroll tal-logħba u difiża perfetta. Min-naħa l-oħra, hemm l-Arġentina, li qed jipprovaw jiddefendu t-titlu mirbuħ erba’ snin ilu u jagħtu tmiem memorabbli lill-karriera internazzjonali talleġġenda Lionel Messi. 

It-team immexxi minn Luis de la Fuente wasal sal-finali b’sensiela ta’ wirjiet impressjonanti. Wara li spiċċaw fl-ewwel post talgrupp tagħhom, l-Ispanjoli eliminaw lill-Portugall bliskor ta’ 1-0, għelbu lill-Belġju 2-1 fil-kwarti-finali u fis-semi-finali taw lezzjoni tattika lil Franza, meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 b’goals minn Mikel Oyarzabal u Pedro Porro. 

Wieħed mill-akbar protagonisti ta’ dan it-tournament kien, bla dubju, Lamine Yamal. Minkejja li għandu biss 19-il sena, l-attakkant Spanjol kompla juri maturità u kwalità straordinarja, u llum huwa meqjus bħala wieħed millaktar talenti promettenti fil-football dinji. 

Flimkien ma’ Oyarzabal, Fabian Ruiz u Pedri, Spanja għandhom skwadra bilanċjata li kapaċi tiddomina kemm bil-pussess tal-ballun kif ukoll b’difiża soda. Min-naħa tagħhom, l-Arġentina kellhom triq ferm aktar diffiċli sal-finali. Wara rebħiet sofferti kontra Cape Verde (3-2), l-Eġittu (3-2) u l-Isvizzera (3-1 wara l-ħin barrani), iċ-champions renjanti kellhom jirkupraw minn żvantaġġ kontra l-Ingilterra fis-semi-finali biex rebħu 2-1 grazzi għall-goals ta’ Enzo Fernandez u Lautaro Martinez, wara li Lionel Messi serva ż-żewġ assists deċiżivi. Kif dejjem jiġri, Messi jibqa’ ċ-ċentru tal-attenzjoni. 

Ta’ 39 sena, din tista’ tkun l-aħħar dehra tiegħu fit-Tazza tad-Dinja, u lArġentini jittamaw li l-captain tagħhom jagħlaq ilkarriera internazzjonali bi trofew ieħor. Madankollu, l-esperjenza ta’ players bħal Martinez, Cristian Romero u Fernandez se tkun kruċjali f’partita ta’ dan il-livell. Mil-lat tattiku, il-konfront iwiegħed bilanċ assolut.

Spanja mistennija jibqgħu leali għall-istil tagħhom bbażat fuq il-pussess tal-ballun, il-pressing għoli u organizzazzjoni difensiva eċċellenti. L-Arġentina x’aktarx jippruvaw ikunu aktar diretti, ifittxu l-ispazji fuq il-ġnub u jużaw il-kreattività ta’ Messi biex jiftħu lid-difiża Spanjola. 

Din il-finali tista’ wkoll tissimbolizza l-passaġġ taxxettru bejn ġenerazzjonijiet differenti. Min-naħa hemm Messi, wieħed mill-akbar players fl-istorja tal-football, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra hemm Yamal, il-player li ħafna jqisuh bħala l-istilla l-ġdida tal-football internazzjonali. Diffiċli wieħed ibassar ir-rebbieħ. 

Spanja jinżlu għal din il-finali b’aktar konsistenza u b’difiża li sofriet ftit goals matul il- kompetizzjoni, iżda l-Arġentina għandhom l-esperjenza, il-karattru u l-mentalità ta’ team li jaf kif jirbaħ logħbiet kbar. Din se tkun is-seba’ finali tal-Arġentina fejn rebħu tlieta u tilfu tlieta. 

Huma rebħu fl-1978 (kontra l-Olanda (3-1 wara l-ħin barrani), fl-1986 (kontra l-Ġermanja 3-2) u fl-2022 (kontra Franza 4-2 bil-penalties wara draw ta’ 3-3). Huma tilfu fl-1930 (kontra l-Urugwaj 4-2), fl-1990 (kontra l-Ġermanja tal-Punent 1-0) u fl-2014 (kontra l-Ġermanja 1-0 wara l-ħin barrani). 

Kollox jindika li se naraw finali ta’ livell għoli ħafna, fejn mument wieħed ta’ ġenjalità jew żball wieħed jistgħu jagħmlu d-differenza bejn min jerfa’ t-Tazza tad-Dinja u min ikollu jikkuntenta bit-tieni post. Spanja lagħbu finali waħda biss, fl-2010, u rebħuha 1-0 kontra l-Olanda.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport