Raġel arrestat b’rabta ma’ vandaliżmu fuq vetturi f’Bormla

Aqra wkoll

Investigazzjoni bla waqfien b’rabta ma’ vandaliżmu fuq numru ta’ vetturi f’Bormla, wasslet biex tkun identifikata u arrestata l-persuna li allegatament kienet wara dawn il-każijiet kollha.

Fl-aħħar ġimgħat il-pulizija waslulha numru ta’ rapporti minn diversi persuni li sabu l-ħġieġ tal-karozzi tagħhom imkissrin.

Wara jiem ta’ investigazzjoni u osservazzjoni, fl-aħħar sigħat il-Pulizija arrestat raġel ta’ 41 sena residenti Bormla.Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, ir-raġel mistenni jitressaq ilQorti fil-jiem illi ġejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport