Monday, April 29, 2024

Negozju tal-familja jkompli jespandi bil-ftuħ tat-tieni ħanut f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Kumpanija Maltija mmexxija mill-familja Borg, din il-ġimgħa ħabbret espansjoni tan-negozju tagħha bil-ftuħ tat-tieni ħanut, Ta’ Xmun, f’Ħaż-Żebbuġ.

Ta’ Xmun ilha li twaqqfet mill-2010, iżda l-familja Borg ilha ferm aktar f’dan is-settur. L-isem Xmun fil-fatt ġej mill-bużnannu ta’ din il-familja hekk kif fl-1930 hu kien fetaħ l-ewwel ħanut tiegħu fil-Belt Valletta.

Waqt il-ftuħ tal-ħanut f’Ħaż-Żebbuġ, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, semma li INDIS Malta għal darb’oħra kienet ta’ appoġġ biex dan in-negozju seta’ jikber. “Dan huwa eżempju tas-suċċess tal-ekonomija tagħna, fejn entitajiet bħal INDIS tgħin lin-negozji f’pajjiżna biex familji Maltin, fosthom il-familja Borg, iwettqu l-ħolm tagħhom,” tenna l-Ministru Schembri.

Waqt id-diskors tagħha, il-familja Borg ħabbret ukoll li qed taħdem għall-espansjoni f’fabbrika ġdida fis-snin li ġejjin sabiex tkabbar l-operat tagħha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport