Waqt l-ewwel laqgħa li saret mal-membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) f’din il-leġiżlatura li għadha kif bdiet, il-Prim Ministru Robert Abela rrefera għall-aħħar żviluppi li seħħew fil-gwerra bejn l-Istati Uniti u l-Iran wara li tħabbar li kien intlaħaq qafas ta’ ftehim biex tintemm din il-gwerra.
Il-Prim Ministru ddeskriva din bħala “aħbar sabiħa” li jidher ukoll li hemm prospetti ġodda b’rabta ma’ din il-gwerra. Huwa wera t-tama li dak li huwa prospettat għal nhar il-Ġimgħa , jimmaterjalizza ruħu permezz ta’ ffirmar konkret bejn iż-żewġ naħat.



