Tuesday, March 18, 2025

“Nixtieq li ż-żewġ naħat jifhmu li hemm bżonn li jkun hemm aktar rispett f’din il-Kamra”- Il-Ministru Chris Bonett

Aqra wkoll

Fil-Parlament, kompliet tiġi diskussa l-mozzjoni mressqa mill-Grupp Parlamentari Laburista li tikkundanna l-aġir tal-Oppożizzjoni fil-konfront tal-Ispeaker Dr Anġlu Farrugia.

Fost dawk li tkellmu min-naħa tal-Gvern kien hemm il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett li stqarr li kull min jaf lil Dr Anġlu Farrugia, jaf kemm jieħu xogħlu b’serjetà kbira u kemm huwa bniedem li għal kull impenn li daħal għalih dejjem ried joħroġ ta’ nies ma’ dawk li fdawh b’dak ix-xogħol.

Filwaqt li ddikjara li huwa favur din il-mozzjoni, il-Ministru Bonett qal li jixtieq li ż-żewġ naħat jifhmu li hemm bżonn li jkun hemm aktar rispett f’din il-Kamra. Dan għaliex in-nies “hekk jistennew mingħandna u hekk ħaqqhom mingħandna.”

“Għax wara kollox nemmen li ħutna l-Maltin u l-Għawdxin iriduna ngħaddu liġijiet li fejn nistgħu naslu għal kompromessi u naħdmu flimkien fuqhom, nagħmluha u fejn għandna nargumentaw, nargumentaw. Però b’rispett lejn l-irwol li l-poplu afda lilna u aktar u aktar b’rispett tar-rwol li għandu l-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti,” temm jgħid il-Ministru Bonett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport