Friday, May 9, 2025

Norveġiż se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat b’attentat ta’ qtil

Aqra wkoll

Norveġiż ta’ 35 sena se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti għall-ħabta tal-10.00 quddiem il-Qorti t’Għawdex fejn fost l-oħrajn se jkun qiegħed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil.

Il-każ seħħ fil-lejl ta’ 1 ta’ Mejju f’Għajnsielem meta raġel ta’ 43 sena mix-Xewkija sofra ġrieħi gravi wara li laqqat mill-inqas 7 daqqiet ta’ sikkina. Ir-raġel kien qiegħed ipejjep sigarett fit-taraġ tad-dar fejn kien jgħix meta għadda n-Norveġiż u beda jagħtih bis-sikkina.

Sorsi qalu lil dan is-sit li n-Norveġiż se jkun qiegħed jiġi akkużat li pprova jikkawża ġrieħi gravi fuq persuna oħra f’Għajnsielem stess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport