Sunday, November 24, 2024

Offerta Speċjali fuq Pjanijiet tal-Pensjoni Personali Unit Linked minn BOV u MAPFRE MSV Life

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta bi pjaċir iħabbar offerta speċjali għal żmien limitat fuq pjanijiet ta’ pensjoni personali unit-linked b’kollaborazzjoni ma’ MAPFRE MSV Life. Klijenti tal-Bank li jieħdu pjan ta’ pensjoni personali Unit Linked ġdid minn kwalunkwe fergħa tal-Bank se jirċievu top-up ta’ darba ta’ €175 hekk kif jitwaqqaf il-pjan il-ġdid u jiġi allokat l-ewwel premium imħallas.

Is-sena li għaddiet, il-Bank kellu rispons pożittiv ħafna għal offerta simili. Dan wassal għat-tiġdid ta’ dan l-inċentiv, hekk kif il-klijenti jkomplu jgħarfu l-importanza li wieħed jippjana bil-quddiem għal irtirar aktar komdu.

Is-Sur Alexander Bezzina, Kap tas-Servizzi tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tal-Bank, enfasizza l-benefiċċji tal-pjan tal-pensjoni u din l-offerta attraenti. “Huwa bi pjaċir kbir li qed inniedu din l-offerta attraenti flimkien ma’ MAPFRE MSV Life. Il-Pjan tal-Pensjoni Personali MAPFRE MSV Life Unit-Linked huwa mfassal biex jagħti flessibbiltà u adattabilità. Id-detenturi tal-poloz jistgħu jibdew b’kontribuzzjonijiet baxxi sa €40 fix-xahar, u jaġġustaw dawn il-kontribuzzjonijiet skont il-kapaċitajiet finanzjarji tagħhom.

Il-valur tal-pjan huwa marbut ma’ varjetà ta’ fondi li d-detentur tal-polza jagħżel skont l-aptit għar-riskju tiegħu. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jaqleb bejn il-fondi fi kwalunkwe ħin, bl-ewwel żewġ tibdiliet fi kwalunkwe sena jsiru mingħajr ħlas. Wieħed jista’ jagħżel li jinvesti sa għaxar fondi fl-istess ħin. Dawn il-karatteristiċi joffru aċċess għal firxa wiesgħa ta’ fondi addattati għal profili ta’ riskju differenti. Dan il-prodott huwa soluzzjoni ideali għall-ippjanar tal-irtirar billi jagħtu lill-klijenti l-għażliet li verament jaqblu mal-preferenzi tagħhom. Din l-offerta tagħmel din is-soluzzjoni aktar attraenti, b’top-up li żżid il-valur tal-pjan.”

Il-Pjan tal-Pensjoni Personali Unit-Linked tal-MAPFRE MSV Life jipprovdi tfaddil essenzjali fit-tul b’benefiċċji addizzjonali tat-taxxa. Id-detenturi tal-poloz huma eliġibbli għal kreditu tat-taxxa ta’ 25% fuq kontribuzzjonijiet, sa massimu ta’ €750 fis-sena. Barra minn hekk, id-detenturi tal-poloz jistgħu jagħżlu li jirċievu sa 30% tal-valur tal-fond mingħajr taxxa fil-ħin li jibdew jirċievu l-Benefiċċji tal-Irtirar. Din l-offerta, li hija valida sat-30 ta’ Settembru 2024, hija waħda għal żmien limitat u MAPFRE MSV Life tirriżerva d-dritt li tagħlaq din l-offerta aktar kmieni.

Aktar informazzjoni dwar din l-offerta tista’ tinkiseb minn MAPFRE MSV Life Unit-Linked Personal Pension Plan (bov.com). Biex jiskedaw appuntament f’fergħa tal-BOV jew Ċentru ta’ Investiment, il-klijenti jistgħu jżuru s-sit elettroniku tal-Bank fuq https://www.bov.com/assistants/set-an-appointment, jibagħtu email fuq l-indirizz diġitali [email protected] jew iċemplu 2275 1627.

Sport