Tliet persuni ġew salvati b’intervent f’waqtu minn uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Raħal Ġdid.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li għall-ħabta tal-4:00 il-Pulizija kienu infurmati b’nirien f’residenza fi Vjal Kristu Re fejn minnufih issejħet l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili. Mal-wasla tagħhom fuq il-post huma rnexxielhom iniżżlu mir-residenza omm ta’ 45 sena u żewġt itfal ta’ sentejn u ħames snin rispettivament.
Fil-post issejħu tim mediku u ambulanzi fejn it-tliet persuni ngħataw assistenza medika fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.