Tuesday, March 11, 2025

“Pajjiżna huwa newtrali u ma jridx jinvesti f’armi”- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Pajjiżna huwa newtrali u ma jridx jinvesti f’armi, fejn intlaħaq qbil li pajjiżna mhux se jipparteċipa fix-xiri tal-armi u l-munizzjon. Dan filwaqt li l-Unjoni Ewropea qed tkabbar l-ekonomija billi jkabbar l-ekonomija permezz tal-industrija tal-armi – xi ħaġa li pajjiżna mhux se jipparteċipa fiha. 

Dan iddikjarah il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista minn Manuel Micallef, fuq il-programm Sibt il-Punt. Abela nnota kif Roberta Metsola, għamlitha biċ-ċar li hi favur ix-xiri tal-armamenti, fejn hawn innota l-ipokrezija tal-Oppożizzjoni, li ma ħaditx direzzjoni ċara, iżda qed tiprova tiġġustifika u tqarraq. 

Huwa nnota l-ideoloġija varjanti bejn iż-żewġ partiti, fejn fuq naħa għandek il-Partit Nazzjonalista – b’waħda mill-kapijiet de facto timbotta biex l-Ewropa tinvesti fl-industrija tal-armi u fuq in-naħa l-oħra, il-Gvern Laburista, fejn qed jiġi mbuttat it-tisħiħ tad-diplomazija u l-paċi. 

Issemma l-fatt kif l-poplu Malti għandu fiduċja fid-direzzjoni tal-Gvern, filwaqt li se jkompli jitkattar l-investiment lokali u ta’ kwalità, b’deċizjonijiet strateġiċi – fosthom billi nżammu prezzijiet tal-fjuwils u gass stabbli. Permezz ta’ dan, anke fil-baġit li jmiss, se jissaħħu l-benefiċċji, filwaqt li jinżammu t-taxxi stabbli. 

Il-PM tkellem ukoll dwar is-summit speċjali li attenda għalih din il-ġimgħa fi Brussell, fejn huwa ddefenda n-newtralità ta’ pajjiżna u wassal messaġġ ċar kontra l-armamenti, filwaqt li trid tiġi rrispettata l-pożizzjoni ċara ta’ pajjiżna. Meta kien mistoqsi dwar l-każ ta’ agressjoni fuq pajjiżna, spjega kif permezz ta’ dan il-ftehim, l-istati l-oħra għandhom l-obbligu li jiddefendu lil pajjiżna. Dan b’rispett lejn l-obbligi kostituzzjonali – hekk kif pajjiżna jagħti kontribut differenti, b’investiment f’apparat li jsalva u mhux jeqred il-ħajjiet. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport