Wednesday, December 25, 2024

Passiġġier l-Isptar wara inċident tat-traffiku fi Triq is-Salini fin-Naxxar

Aqra wkoll

Passiġġier ttieħed l-Isptar u qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Dan wara li għall-ħabta tal-9:50 a.m, seħħħet ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq is-Salini fin-Naxxar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li l-inċident seħħ bejn karozza elettrika tat-tip BYD misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar u karozza Toyota Aygo misjuqa minn Franċiz ta’ 28 sena u li miegħu kellu passiġġier.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-assistenza meħtieġa lill-passiġġier, sakemm dan ittieħed l-Isptar b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Kawża tal-istess inċident, it-triq kienet magħuqa għal ftit ħin. Dan ġie kkonfermat ukoll minn Transport Malta, li f’messaġġ fuq Facebook, kitbet li l-uffiċjali ta’ Transport Malta jinsabu fuq il-post sabiex imexxu t-traffiku.

Ekonomija

Sport