Monday, October 21, 2024

Pep Guardiola mhux se jitlaq il-kowċing

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem f’intervista ma’ ġurnal Ingliż, il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola qal li m’għandu l-ebda ħsieb li jitlaq il-kowċing sabiex jokkupa rwol eżekuttiv ma’ xi aġenzija jew klabb sportiv.

Mingħajr ma ried, Guardiola irrefera għal dak li għamel l-eks kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp li ma baqax jikkowċja sabiex qed jaħdem bħala direttur tal-futbol globali mal-kumpanija Red Bull.

L-eks kowċ ta’ Barcelona u Bayern Munich sostna li l-ħaxix aħdar iħobbu wisq u speċjalment li jmexxi tim tal-futbol, xi ħaġa li mhux beħsiebu jitlaqha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport