Persuna dalgħodu kitbet fuq il-midja soċjali fejn allegat li matul il-lejl xi persuni kissrulu l-ħġieġa ta’ wara tal-karozza u aktar minn hekk sab flixkun tax-xorb.

“Dan li sibt dalgħodu hekk kif kont sejjer għax-xogħol… Ilbieraħ filgħaxija grupp ta’ persuni kienu qegħdin jagħmlu party fil-gallerija fi Triq Bellavista u eżatt taħt il-gallerija kien hemm il-karozza tiegħi pparkjata…” kitbet persuna fuq il-midja soċjali.
“Jien għalliem u se jkolli mmur tard għax-xogħol minħabba dak li seħħ. Mort nagħmel rapport għand il-Pulizija biex biex isibu minn wettaq dan l-att…” temmet tikteb il-persuna.
