Sunday, December 22, 2024

Premier League Ingliż: Liverpool fil-quċċata

Aqra wkoll

Goal kmieni u ieħor tard poġġew lil Liverpool fil-quċċata tal-Premier Lea­gue Ingliż meta marru għand Burnley u ħarġu reb­bie­ħa bl-iskor ta’ 2-0. 

Ir-Reds lagħbu partita aktar miż-żewġ timijiet li qed isegwuhom, Arsenal u Aston Villa. 

Iż-żewġ goals waslu minn Darwin Nunez (5) u Diogo Jota (90) li kien għadu kif jirritorna minn injury. 

Ir-rebħa setgħet kienet akbar iżda r-Reds kellhom żewġ goals minn Harvey Elliot u Cody Gakpo mħassra fuq deċiżjonijiet ferm diskutibbli. 

Min-naħa ta’ Burnley ma ndirizzawx xutt lejn il-lasti avversarji. 

Newcastle v Nottm F. – Newcastle United komplew għaddejjin bis-sensiela ne­gattiva tagħhom meta f’darhom sfaw megħluba minn Nottingham Forest bl-iskor ta’ 3-1 biex din kienet is-sitt telfa tagħhom mill-aħħar seba’ ħarġiet fil-kompetiz­zjonijiet kollha.

Min-naħa tal-Forest, din kienet l-akbar rebħa ta’ dan l-istaġun u għam­lu pass taj­jeb lejn is-salvazzjoni taħt il-mana­ger il-ġdid, Nuno Espirito Santo. 

Kienu l-Magpies li fetħu l-iskor meta ngħataw penalty li minnu Alexander Isak (23) ma żbaljax. 

Iżda l-eroj tal-Forest kien Chris Wood (45, 53, 60) li skorja hat-trick.  

 Bournemouth v Fulham – Bournemouth kisbu rebħa tajba fuq Fulham bl-iskor ta’ 3-0 biex telgħu f’nofs il-klassifika. 

Wara bidu kwiet, iċ-Cherries skorjaw tliet darbiet min­għajr risposta minn Justin Kluivert (44), Dominic Solanke (62 pen) u Luis Si­nisterra (92). 

Sheffield U. v Luton – Luton Town irreġistraw rebħa mill-aktar importanti fit-ten­tattiv li jkompli jissieltu għas-salvazzjoni meta barra minn darhom għelbu lit-team ta’ qiegħ il-klassifika, Sheffield United 3-2. 

Il-goals tagħhom waslu minn Alfie Doughty (17) u żewġ auto-goals ta’ Jack Robinson (77) u Anis Slimane (81) filwaqt li Oliver McBurnie (61) u Anel Ahmedhodzic (69) skorjaw għall-Blades.  

Ekonomija

Sport