Saturday, December 21, 2024

“Proċess ta’ tiġdid li jikkonferma li l-PL qed jieħu l-messaġġ tal-elettorat”

Aqra wkoll

Id-delegat speċjali għall-Amministrazzjoni tal-partit Jason micallef ukoll ikkummenta ma’ dan is-sit fejn qalilna li jinsab sodisfatt u kuntent ħafna li daqs xahar u nofs ilu kien tkellem ċar ħafna, kien dirett bħalma dejjem ikun, u tkellem fuq il-ħtieġa tal-proċess ta’ tiġdid li kellu bżonn il-Partit Laburista jekk verament ried jieħu l-messaġġ illi tah l-Elettorat, minkejja ż-żewġ rebħiet li għamel fit-8 ta’ Ġunju. 

“Ukoll xi ħaġa li tinteressani ħafna hija marbuta mal-kariga l-ġdida li ngħatajt – dik ta’ delegat speċjali għall-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fl-implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali sakemm tiġi l-Elezzjoni Ġenerali”

Id-Delegat Speċjali għall-Amministrazzjoni tal-PL Jason Micallef

Huwa qal li f’xahar u nofs jaħseb li dan il-proċess ta’ tiġdid kien wieħed li l-partit kien ilu ħafna ma jarah b’mod speċjali fl-aħħar snin u għalhekk kuntent immens li t-tiġdid mhuwiex biss bil-paroli anzi altru milli huwa kosmetiku. Żied jgħid li għandu fiduċja kbira illi permezz ta’ dan it-tiġdid se jkun hemm bidliet fid-direzzjoni tat-tmexxija tal-Partit Laburista fl-interess tan-nies tiegħu, fl-interess tal-Partit Laburista, fl-interess tal-Gvern biex ikompli jmexxi b’mod sod din il-leġiżlatura. 

Micallef temm jisħaq li se jkun qed jassigura li l-wegħdi ewlenin fil-Manifest Elettorali Malta Flimkien jitwettqu jew naturalment jingħata progress sostanzjali sakemm tiġi l-Elezzjoni li ġejja.

Ekonomija

Sport