Thursday, May 21, 2026

Proposti b’titjib fil-ħajja ta’ dawk f’sitwazzjoni vulnerabbli

Aqra wkoll

M’hemmx dubju li din il-kampanja elettorali kienet karatterizzata mill-proposti li inħarġu. Id-diskussjoni dwarhom u l-kontroversji, kif mistenni ma naqsux.   Issemmew ukoll diversi proġetti li huma proposti li jsiru. Lil hinn minn dan imma ma nistgħux ma nħarsux lejn dawk l-aktar li qegħdin fin-naħa ta’ isfel u li għandhom bżonn l-għajnuna.  In-naħa Laburista, qiegħda tipproponi għadd ta’ għajnuniet, ħafna minnhom finanzjarji u li għandhom jerfgħu ‘l fuq lil dawn il-persuni. 

Għax x’tiswa soċjetà li tgħid li imxiet ‘lquddiem u tħalli lil dawk fil-qiegħ jibqgħu fil-qiegħ, għal riħhom.  Hu fatt li soċjetà tara li hi soċjetà żviluppata mill-għajnuna li jingħataw dawk li jkunu fil-qiegħ jew f’sitwazzjonijiet vulnerabbli.  F’pajjiżna, fl-aħħar snin rajna titjib kbir fejn jidħlu l-għajnuniet. Hawn għajnuniet sostanzjali, li jmorru lura sa mis-snin ħamsin.

Wieħed irid ikun realistiku u jammetti li xorta jkun hemm min ma jintlaħaqx. U għalhekk hu tajjeb nħarġu proposti minn naħa Laburista biex jgħinu lil dawn in-nies. Hu għalhekk li b’mod kontinwu ikun hemm tiġdid u titjib ta’ dawn is-servizzi.  Dwar dan, rajna proposti Laburisti u l-għajnuniet li qiegħed jippjana u li bla dubju ta’ xejn, se jkunu qegħdin jgħinu lil dawk vulnerabbli fostna. 

Il-Partit Laburista fassal wegħdiet meqjusin, li jieħdu kont tal-ħtiġijiet tas-settur fl-ikbar dettal, u joffru titjib fejn meħtieġ.  Jekk nieħdu s-settur tal-pensjonijiet naraw li għal din l-kategorija ta’ nies, mhux biss kien hemm żidiet regolari fl-aħħar snin fil-pensjoni, imma qegħdin jitħabbru aktar għajnuniet. Dan kollu intiż biex il-pensjonanti ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.  Minn dak propost jidher ċar li  l-Partit Laburista jemmen li ma hemmx wisq fejn wieħed jista’ jintilef dwar liema huwa l-aqwa mod jiġu mgħejjuna l-anzjani tagħna. Minn dak propost u mħabbar hu ċar li żieda fil-pensjoni tagħtihom is-serħan il-moħħ li jixirqilhom u tħallihom igawdu ‘lfamilja tagħhom minkejja l-pressjonijiet li l-ħajja iġġib magħha. Dan japprovawh b’mod qawwi l-istess pensjonanti. Il-proposta ta’ żieda ta’ €50 fil-ġimgħa lill-pensjonanti kollha, mingħajr distinzjoni, hi għotja qawwija u li għandha tgħinhom bi kbir biex itejbu l-kwalità ta’ ħajjithom. 

Apparti l-anzjani u l-pensjonanti, hemm il-persuni b’diżabilità. Għajnuniet għalihom jeżistu ħafna imma s-settur tant hu wieħed vast u sensitttiv li dejjem hemm aktar bżonn. Hu għalhekk xi ħaġa mill-aktar pożittiva li tisma’ li l-Gvern Laburista se jniedi  pjan t’appoġġ personalizzat akkumpanjat minn baġit finanzjarji. L-għan ta’ dan hu li kull persuna f’Malta u Għawdex tkun tista’ tgħix ħajja dinjituża u inklussiva.  Hi ta’ soljiev l-għotja ta’ €1,000 sabiex żgħażagħ ta’ bejn 18 u 23 sena jkunu jistgħu jiksbu servizzi ta’ terapija f’ċentri privati. Din kienet xi ħaġa li ħafna kienu jitkellmu dwarha u issa din l-għajnuna se tingħata.

Nemmnu li prattikament dak propost minn naħa Laburista, juri l-viżjoni li hemm. Viżjoni biex dawk li qegħdin f’sitwazzjoni vulnerabbli jew fil-qiegħ, itejbu ħajjithom. Ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport