Il-prezz tal-konsum tal-enerġija, ħafna drabi ma ntuhx l-attenzjoni li jixraqlu. Ikun biss meta nirċievu l-kont tad-dawl u l-ilma li nirrealizzaw li forsi stajna konna iżjed attenti fil-konsum… sakemm nerġgħu niġu biex nixegħlu d-dawl jew niftħu l-ilma. Imbagħad nerġgħu naqgħu għall-vizzju tal-ħela jew in-nuqqas ta’ ħsieb dwar kif nistgħu inkunu iktar effiċjenti fl-użu tagħhom.
Fl-aħħar snin, il-familji Maltin gawdew u għadhom qegħdin igawdu minn sussidji marbuta mal-konsum tal-enerġija, u minn għotjiet ta’ rifużjoni meta wieħed jagħżel li jinvesti f’enerġija rinnovabbli. Riċentament tħabbru għotjiet ġodda li wieħed jista’ japplika għalihom, bil-għan li jkompli jiżdied l-inċentiv u l-poplu jsir dejjem iżjed konxju li għall-konsum tal-enerġija hemm prezz, u li s-sussidji wara kollox qegħdin hemm biex iservu ta’ għajnuna iżda mhux biex wieħed japprofitta minnhom.

Is-suq tal-propjetà fl-aħħar snin kompla jikber. Ħafna żgħażagħ ifittxu li jixtru l-ewwel propjetà, u dawk ftit ikbar li forsi laħqu faddlu ftit aktar flus, ifittxu li jinvestu fi propjetà sekondarja. Bla dubju, ix-xiri ta’ propjetà ġdida jġib miegħu ammont sostanzjali ta’ spejjeż, u għaldaqstant li wieħed jinvesti sa mill-bidu fi proġetti effiċjenti, jaf jasal jaqta’ qalbu jkompli jżid l-ispejjeż. Madankollu, investiment bħal panelli solari, insulazzjoni tat-twieqi jew tal-bjut, sistemi ta’ dawl b’teknoloġija ta’ ‘smart lighting’ u proġetti oħra, meta jsiru max-xiri tal-propjetà, jirrendu f’benefiċċji fit-tul. Il-konsum potenzjalment jonqos drastikament, u l-ispejjeż inizjali jiġu ffrankati tul ix-xhur u s-snin ta’ wara, meta xahar wara l-ieħor, il-kontijiet relatati mal-konsum tal-enerġija jiġu relattivament baxxi.
Il-proċess tax-xiri ta’ propjetà ġdida, apparti l-konvenju u l-kuntratt bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, ħafna drabi jinvolvi s-sehem tal-banek, li jisilfu l-flus lix-xerrej biex ikun jista’ jixtri l-propjetà.
Dan l-aħħar, il-banek ħadu rwol ewlieni biex jippromwovu l-użu iktar effiċjenti tal-enerġija fost il-klijenti tagħhom.
Dan jagħmluh billi, fost affarijiet oħra, joffru rati tal-imgħax aktar baxxi meta l-klijenti jissellfu biex jixtru propjetà b’enerġija rinnovabbli u sostenibbli.
Eżempju prattiku huwa l-BOV Green Home Loan. Dan is-self partikolari huwa offrut b’rata ta’ imgħax imnaqqsa diment li l-klijenti jipprovdu ċertifikat tal-effiċjenza (Energy Performance Certificate) u jkun konfermat li l-propjetà għandha emissjoni li ma taqbiżx ċertu livelli. F’każ li l-propjetà tkun qed tinxtara bħala residenza primarja jew sekondarja, il-klijenti jistgħu igawdu minn rata fissa għall-ewwel ħames snin tas-self, kif ukoll jibbenefikaw minn rata mnaqqsa meta mqabbla mas-self tad-djar għal propjetà li ma taqax taħt il-kriterji stabbiliti ta’ effiċjenza. Barra minn hekk, il-klijenti jistgħu jgawdu mit-tneħħija tat-tariffi marbuta mal-ipproċessar meta japplikaw għal BOV Green Home Loan sa massimu ta’ €500,000.
Benefiċċji simili huma marbuta wkoll mal-BOV Green Personal Loan. Klijenti li diġà għandhom propjetà u li jixtiequ jwettqu proġetti ta’ rinnovar bil-għan li jtejbu l-effiċjenza, jistgħu ukoll igawdu minn rati mnaqqsa. Il-proġetti li jikkwalifikaw għal dan it-tip ta’ self jinkludu titjib fis-sistema tad-dawl, insulazzjoni, panelli solari, restawr tal-bjar u investiment ieħor li finalment iwassal għall-konsum iktar effiċjenti tal-enerġija. Dan it-tip ta’ self japplika sa massimu ta’ €100,000 fuq perjodu ta’ 15 il-sena, f’każ li ma jkunx marbut ma’ xi tip ta’ sigurtà. Jekk is-self ikun marbut b’sigurtà, dan jista’ wkoll ikun ta’ ammont ikbar, fuq perjodu itwal sa massimu ta’ 25 sena.
B’dawn l-inizjattivi, il-Bank of Valletta, qed jerfa’ r-responsabbiltà tal-prinċipji Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza, billi jħeġġeġ lill-klijenti tiegħu jagħmlu bidla ambjentali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-effiċjenza fil-konsum tal-enerġija mhux biss tgħin finanzjarjament, iżda hija wkoll essenzjali biex nieħdu ħsieb il-pjaneta. Hija r-responsabbiltà ta’ kulħadd li nassiguraw ambjent nadif u sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Is-self kollu offrut mill-Bank of Valletta, huwa suġġett għall-kriterji normali tas-self bankarju u għall-approvazzjoni finali mill-Bank. It-terminu tas-self ma jistax jaqbeż l-età tal-irtirar.
Għal iktar dettalji fuq il-BOV Green Home Loan u l-BOV Green Personal Loan, tista’ żżur www.bov.com jew l-eqreb fergħa tal-Bank of Valletta.
Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).