Provi li tressqu fil-Qorti mill-Prosekuzzjoni fil-guri ta’ Yorgen Fenech kixfu gideb li kien ilu x-xhur jinxtered mill-ghaqda estremista Repubblika u mill-PN fost ohrajn, dwar laqghat li kien qed jintqal li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kellu mal-istess Fenech. Il-provi imressqa fil-Qorti mill-ufficcju tal-Avukat Generali jikkonfermaw bl-iktar mod assolut li dawn il-laqghat ma saru qatt.
L-Avukat Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sahaq illi l-fatti jgiddbu lil Yorgen Fenech dwar laqgħa li suppost li kellu mal-eks Prim Ministru f’Jannar tal-2019 fl-ufficcju tieghu fil-Berga ta’ Kastilja. Lill-Pulizija, Fenech kien qalilhom li f’din il-laqhgha Dr Muscat suppost kien kellmu dwar raids li kienu se jsiru fuq Melvin Theuma u talbu jaghmel zgur li kull evidenza inkriminanti tinqered.
L-avukat Vella qal li mill-investigazzjonijiet li saru fuq il-mowbajl ta’ Fenech, joħroġ li huwa kien imsiefer sal-11 ta’ Jannar 2019 u l-unika darba li mar il-Belt Valletta kien fl-14 tax-xahar. Jirriżulta li l-għada, fil-15 ta’ Jannar, Dr Muscat kien bagħatlu messagg jistaqsih jekk kienx wasal lura u jekk kienx kollox sew, b’Fenech iwieġeb jumejn wara jiskuża ruħu għaliex kien ilu tmint ijiem bla mowbajl.
Quddien dawn il-provi u fatti, l-Prosekuzzjoni tenniet illi kieku Fenech mar Kastilja fl-14 ta’ Jannar, ma jagħmilx sens li Dr Muscat, l-ghada baghat jistaqsih kif inhu. “Din hija gidba oħra li Yorgen Fenech iridna nemmnu,” tenna l-avukat Vella.
Mal-Pulizija Fenech kien qal ukoll li kellu laqgha ohra ma’ Dr Muscat fil-Palazz tal-Girgenti waqt riceviment, fejn allega li l-eks Prim Ministru kien ħadu f’kamra u kellmu dwar Melvin Theuma u staqsih jekk jafdahx. L-avukat Vella rrimarka illi minbarra li Dr Muscat ċaħad dan fl-investigazzjonijiet, messagg li Fenech ircieva l-ghada tar-riceviment, jikkonferma kemm din hija wkoll gidba.
Fil-fatt l-ghada tar-riceviment l-eks Prim Ministru Muscat kien baghat messagg lil Fenech u staqsih jekk kienx ħa gost, bl-akkużat iwieġbu: “iva, imma kien hemm wisq nies ħdejk u jien mistħi u, allura kelli nitlaq”. L-avukat Vella qal illi kieku verament iltaqgħu f’kamra waqt ir-riċeviment, Yorgen Fenech ma kienx jibgħat dak il-messaġġ lil Dr Muscat.
