Tuesday, May 14, 2024

Pulizija jieqaf biex jibdel tajer t’omm b’tarbija ta’ xahrejn fil-karozza fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Sfortunatament ħafna drabi fil-midja naraw numru ta’ reazzjonijiet ta’ rabja fil-konfront ta’ uffiċjali li jidhru f’dell ikrah huma u jħarsu s-sigurtà tal-pubbliku.

Madanakollu kumment riċenti kien dak li jfaħħar il-ħidma ta’ uffiċjal li mhux talli rrapporta dwar persuna li kienet tinsab f’diffikultà, iżda talli waqaf, niżel minn fuq il-mutur u għen hu stess.

Il-każ seħħ fis-Siġġiewi meta omm kienet maqbuda fit-traffiku u spiċċat f’tappiera li kienet sfrundat u spiċċat b’tajer imniżżel. Hija qalet li ħassitha konfuża mhux għax ma setgħetx tkompli, iżda għax kienet is-sħana u magħha kellha t-tarbija tagħha ta’ xahrejn.

Il-persuna tenniet li esperjenzi bħal dawn jikkonfermaw kemm dawn il-persuni jmorru oltre mid-dmirijiet tagħhom biex iservu lill-komunità. 

F’kummenti li segwew il-pulizija ġie identifikat bħala PC 1029 bl-isem ta’ Mark Grech.

Sport