Pumpiera lbieraħ waranofsinhar kienu msejħa biex jassistu f’dak li fil-passat kien magħruf bħala l-Isptar St.Philips f’Santa Venera.
Fil-post issejħu wkoll numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija li rrispondew minnufih għas-sejħa.
Fortunatament jidher li n-nirien kienu kkontrollati f’qasir żmien u fortunatament ma kienx hemm persuni li ndarbu f’dan l-inċident.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, din mhix l-ewwel darba li li kienu rrappurtati każi ta’ nirien fil-post.