Friday, April 26, 2024

Puttinu Cares jirċievu donazzjoni ta’ €10,000 mill-kumpanija Lidl 

Aqra wkoll

Il-kumpanija Lidl għal dawn l-aħħar snin uriet ix-xewqa li tgħin lil Puttinu Cares f’diversi proġetti.

Riċentament, Lidl Malta għadha kemm tat donazzjoni ta’ €10,000 lil Puttinu sabiex din il-fondazzjoni tkun tista’ tkompli twettaq iktar proġetti li bihom mhux biss jibbenifikaw il-pazjenti, iżda wkoll il-familjari tagħhom.

Fil-fatt, wieħed mill-proġetti li bħalissa qed tieħu ħsieb din il-fondazzjoni huwa propju r-rinovazzjoni ta’ bini fiċ-ċentru ta’ Londra li se jkun qed jinkludi 23 appartament sabiex pazjenti morda bil-kanċer kif ukoll il-familjari li jitilgħu magħhom ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu b’xejn.

Sport