“Ejja ningħaqdu lkoll flimkien u nibqgħu nitolbu Jake. Minkejja d-daħka fuq fommu nafu li. qed ibati ħafna. Jake aħna lkoll warajk. Nibgħatu tgħanniqa lill-ġenituri tiegħu li huma ispirazzjoni ta’ imħabba pura”.
Dan qalitu Puttinu Cares fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn appella lill-pubbliku sabiex iżommu lill-Jake fit-talb tagħhom. Intant duq il-profil tiegħu ta’ Facebook bosta kienu dawk li qasmu ritratt li għandhom ma’ Jake u qalu li jinsab fit-talb tagħhom.
It-tfajjel seraq il-qlub ta’ bosta persuni li fl-aħħar snin komplew isegwu mill-qrib l-istorja tiegħu anke minħabba d-determinazzjoni tiegħu biex jegħleb il-kundizzjoni tar-Rapid-onset Obesity with Hypothalamic dysfunction (ROHHAD).
Fost l-isfidi kbar ta’ din il-kundizzjoni, Jake jkollu jitħarreġ għal sigħat twal minħabba li wieħed mis-sintomi ta’ dawk affettwati huwa żieda fil-piż b’mod aċċellerat.