“Qegħdin nagħmlu karità ma’ din il-ħaddiema…tinsab fuq appell u ilha sentejn ma tistax taħdem”

….ġabuha li hi illegaalment f’Malta għax ritratt flok bgħattu portal bgħattu imejl

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ġiet taħdem f’pajjiżna minn pajjiż terz. Ingħatat prova ma’ intraprenditur. Is-servizz li tat kien impekkabbli.  Il-ħidma tagħha mhux biss laħqet l-aspettattivi ta’ min kien lest iħaddimha imma ħafna aktar. Ingħatat l-impjieg. Fuqha kien hemm biss kliem ta’ tifħir. Ħaddiema b’karattur ferrieħi u kwiet. Ħaddiema ta’ lealtà. Iltajna magħha proprju fl-aħħar jiem u dan stajna nikkonfermawh. Minkejja dan, imma din il-ħaddiema sabet ma’ wiċċha, il-ħajt tal-burokrazija. Il-ħajt li qiegħed joħloq tensjonijiet fost ħaddiem terzi.

Il-ħajt li mentalment qiegħed jaffettwa ħafna minn dawn il-ħaddiema. Tirċievi ittra li hi qiegħda illegalmetn f’Malta u għandha titlaq ‘lbarra minn pajjiżna. U dan għas-sempliċi raġuni li fuq l-online portal ma kienx hemm ir-ritratt tagħha, liema ritratt jintbagħat minn min iħaddiemha.  Għalkemm ir-ritratt ma kienx fuq l-online portal, ir-ritratt tagħha kien mibgħut b’imejl u għalhekk kien għand l-awtoritajiet. “Imma din raġuni biex ħaddiem tgħidlu jitlaq? Hemm bżonn aktar umanità. Jien lil din il-ħaddiema ma rridx nitlifha”, kien il-kliem li laqgħani bih Vince Buttiġieġ, meta morna nkellmu fl-aħħar jiem dwar il-każ ta’ din il-ħaddiema.

Ilha sentejn tistenna appell…..

Vince, jgħidilna mill-ewwel li hu u martu iqisu lil din il-persuna bħala waħda minn tal-familja. Jurina imma id-dispjaċir li għandhom għal mod kif din qed tgħix f’inċertezza mbira.

Jgħidli bla tlaqlieq li “ilha senten f’appell. Jien intraprenditur u naħdmu f’settur partikolari. Meta ħaddimniha, din il-ħaddiema  issodisfatilna l-istandards kollha li konna qegħdin nistennew  u ħafna aktar. Jien illum peress li din qiegħda fuq appell ma nistax inħaddimha, għax min ikun fuq appell ma jistax jaħdem.  Ma nistax nimpjega qabl jinqata’. Jien qiegħed litteralment insostniha. Qiegħed nagħmel karità. Ma nieħux gost għax nixtieq li din kun impjetata. Irridha tkun kif kienet qabel tħallas it-taxxa reġistrata regolari u tħallas is-sigurtà soċjali. Irridha tkun hawn kif suppost.  Minħabba l-appell quddiem l-Appeals Board ma nistgħu nagħmlu xejn. Litteralment imwaħħlin. Nistennew”.

“Hemm ħajt’

Vince jgħidilna li “d-diffikulta  jekk nistgħu insejħulha hekk hi l-ħajt li hemm minn Identità Malta dwar l-appelli. Ma tistax tfendi jew tieħu inormazzjoni. Tistenna biss. Din ilha sentejn tistenna. Issa f’dawn is-sentejn ma tistax taħdem. Ma tistax taghti servizz u trid tistenna l-appell jinqata’. Issa għidli inti,  kif xi ħadd mill-awtorità jimmaġina li din tista’ tgħix għal setejjn bla dħul u tistenna appell li ma tafx meta se jinqata’. Din jien ma nifhimiex.”

‘Ma rridux nitilfuha

Iħares lejja b’konvinzjoni u jgħidli li “din hi ħaddiema tajba ħafna. Ma rridux nitilfuha. Bniedma ta’ standard għoli. Biex inżommuha hawn qegħdin nagħmlu karità. Tista’ ssaqsi lil mara, din qisha bintna.  Għax anke aħna nippruvaw nagħmlulha ħajjitha komda kemm jista’ jkun f’din is-sitwazzjoni. Din bniedna li għandha żewġ ulied subien li huma adoloxxenti. Ilha sentejn ma tarahom. Veru li llum hawn it-teknoloġija u jistgħu jaraw lil xulxin online. Imma il-fatt li tħoss u tmiss lil uliedek hi differenti. Din ma tistax iżżurhom għax jekk iżżurhom u dan ikun ifisser li trid titlaq mill-pajjiż, hi ma tkunx tistax tidħol għax hi meqjusa li qiegħda hawn illegalment”.

Jiddikjara li “hawn reġim qed jaħdem strett ħafna f’dak li hu kontroll biex jaqta l-abbuż, imma li qed jiġri hu li hemm nies ta’ rieda tajba li qegħdin ibatu ma’ dawk li qegħdin jabbużaw. Jien tkellimt anke f’livell ministerjali biex nispejga l-każ. Xi ħadd irid jistenbaħ li ma nistgħux nibqgħu b’dan il-ħajt. Qegħdin naħbtu miegħu u ma nafux x’hemm warajh u għaliex qed jeżisti. Min jixtieq ikompli l-ħajja normali u jimxi bir-regolamenti normali qed neħlu.”

Vince jisħaq li “qed nghid dan kollu għax dan il-każ jirrigwarda ritratt tal-passaport. Lil din il-ħaddiema kont għamiltilha l-applikazzjoni jien u kienu qaluli li rrid nagħmlu kollot permezz ta’ portal, nilloggja u hekk. Darba minnhom talbuni ritratti tal-passaport ta’ din il-ħaddiema. Ħadt ir-ritratti u bgħatthom imejl. Jiġifieri l-informazzjoni kienet għand l-awtoritajiet. Kull ma riedu kien li jiftħu l-imejl jew jillowdjahom jew jgħiduli, dawn itfagħhom portal. U jien kont nagħmlha. Għaddew 90 ġurnata. U l-għada eżatt tad-disgħin ġurnata,  nirċievu ittra daqshiex li l-persuna hi irregoalri u trid tagħmel proċedura biex titlaq mill-pajjjiż immedjatament.

Dakinhar sirn naf ir-raġuni li l-informazzjoni li daħlet mail u mhux portal. Tgħidlix imma li din hi raġuni biex tkeċċi persuna. Is-sens komun jgħidli li l-informazzjoni kienet għandek. L-appell hu li jkun hemm irtubija u umanità.  Jien illum x’ħin qed nisma’ minn xhiex għaddejjin ħaddiema oħra bħal din, b’ħaddiema minn pajjiżi terzi jibżgħu joħorġu barra għax jarrestawhom il-Pulizija, ġew quddiem moħħi l-ICE tal-Istati Uniti. Għedt possibbli li qed nisma’ dawn l-affarijiet”.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport