San Ġiljan – Qaddis Patrun tal-Kaċċaturi Maltin

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), bħalma tagħmel ta’ kull sena, reġgħet ħadet sehem b’mod attiv fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa ta’ San Ġiljan, Patrun tal-Kaċċaturi Maltin. Din is-sena ġiet iċċelebrata l-41 edizzjoni tas-Salut tradizzjonali ta’ San Ġiljan, attività li matul is-snin saret parti integrali mill-festa u li tkompli tfakkar ir-rabta storika bejn San Ġiljan u l-kaċċaturi Maltin.

Għall-21 sena konsekuttiva, l-FKNK kienet l-isponsor ewlieni ta’ din it-tradizzjoni, inkluż li bħas-snin preċedenti ħadet ħsieb ukoll l-ikkargar u tqassim tal-iskrataċ bjank li ntużaw waqt is-Salut. Is-Salut ta’ din is-sena kien iddedikat b’tifkira ta’ dawk il-ħbieb u l-qraba kollha li ħallewna.

Wara s-Salut, il-membri u l-ħbieb preżenti ngħaqdu flimkien għal festin sabiex ikomplu jiċċelebraw din l-okkażjoni u l-festa tal-Patrun tal-Kaċċaturi f’atmosfera ta’ ħbiberija u għaqda.

L-FKNK irringrazzjat lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex għal sena oħra din it-tradizzjoni setgħet titkompla.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport