Raġel arrestat b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ kokaina

Aqra wkoll


Investigazzjoni b’rabta ma’ importazzjoni u traffikar ta’ droga, waslet għall-arrest ta’ Ingliż ta’
40 sena.

Huwa ġie arrestat wara li l-Pulizija wettqet konsenja kkontrollata wara li aktar qabel kien
kkonfiskat pakkett suspettuż li wasal bil-posta minn Franza. Fil-pakkett instab madwar
kilogramma kokaina, b’valur fi triq ta’ madwar €100,000.

B’rabta ma’ dan il-każ qed titmexxa Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Joe
Mifsud LL.D.

Ir-raġel mistenni jiressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-10:00 a.mmm., quddiem
il-Maġistrat Dr Ingrid Bianco.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport