Ilbieraħ filgħodu, għall-ħabta tal-11.30am, waqt li l-pulizija kienu fuq ronda fi Triq il-Qawra, f’San Pawl il-Baħar innutaw raġel jagħmel użu minn mowbajl waqt is-sewqan.
Ir-raġel ta’ 23 sena, residenti Ħad-Dingli ġie mwaqqaf u waqt li l-uffiċjali kienu qed jitkellmu miegħu sabiex jiġbru d-dettalji, huwa beda jġib ruħu b’mod suspettuż.
Il-pulizija wettqu tfittxija fuq ir-raġel u fil-vettura, fejn nstab pouch b’madwar 40 qartas b’sustanza bajda suspettata droga.
Huwa ġie arrestat fuq il-post u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Sant Lia LL.D.

