Wasal iż-żmien għal partiti ġodda?

- L-Avukat Franco Debono

Aqra wkoll

F’kitba fuq il-midja soċjali, l-avukat Franco Debono staqsa hekk wasalx iż-żmien li jkun hemm partiti ġodda f’Malta…

Hu għamel din il-mistoqsija wara stħarriġ li ġie ppubblikat nhar il-Ħadd li għadda mill-Malta Today fejn wera biċ-ċar li l-Prim Ministru Robert Abela jgawdi appoġġ f’saħħtu ferm aktar mill-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg.

“Wara erba’ rebħiet elettorali Laburisti konsekuttivi, u tlettax-il sena fil-Gvern, u wara li l-P.N. biddel ħames kapijiet, jerġa’ jsir survey u Robert Abela ghandu distakk ta’ 9.3% fuq Alex Borg – distakk ta’ 28,000 vot.

Mhux se noqgħod ndur mal-lewża u se nistaqsi.

Wasal ż-żmien ghal partiti ġodda?

L-pajjiż mar għal erba elezzjonijiet bir-rebbieh maghruf minn qabel. Jista’ jibqa sejjer hekk?

Madwar l-Ewropa kollha hemm partiti ffurmati hames snin ilu li qeghdin fil-gvern,” kiteb l-Avukat Franco Debono.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport