Sunday, December 22, 2024

Raġel arrestat wara argument li ħalla raġel ferut gravi fil-Fgura

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena residenti l-Fgura qiegħed jassisti lill-Pulizija b’rabta ma’ argument li seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq Pace u Grasso fil-Fgura. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:00 p.m. meta l-Pulizija rċeviet rapport li kien seħħ l-allegat argument fl-imsemmija triq u mal-wasla tagħhom sabu raġel ta’ 25 sena residenti l-Kalkara, bi ġrieħi f’idu, allegatament b’arma li taqta’ u bil-ponta, filwaqt li l-allegat aggressur kien telaq minn fuq il-post.

Waqt li r-raġel ta’ 25 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, ir-raġel l-ieħor ġie arrestat ftit tal-ħin wara.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport