Sunday, December 22, 2024

Raġel bl-istess kundizzjoni ta’ Shawn jattendi biex jagħtih donazzjoni u kuraġġ 

Attività suċċess b’risq Shawn Mifsud fl-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-attività b’risq Shaun Mifsud ġewwa l-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi kienet waħda ta’ suċċess kbir fejn wara jiem sħaħ ta’ preparazzjoni t-temp iffavorixxa l-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi li attenda bi ħġaru.

Tkellimna mas-sid tal-post Anton Cutajar fejn qalilna li għalih l-ikbar sodisfazzjon huma d-donazzjoni li n-nies taw għal Shawn li hu ddeskriva bħala ħuna u żied jgħid li għalkemm hu mbotta ħafna l-attività warajh kien hemm s-sieħba tiegħu Elaine li flimkien warrbu l-preparamenti tat-tieġ tagħhom fil-ġenb biex jorganizzaw din l-attività, u għexieren ta’ voluntiera li taw donazzjoni imma fuq kollox l-iktar ħaġa ta’ valur fil-ħajja – l-ħin tagħhom  biex jgħinu f’attività daqshekk kbira.

Anton qalilna li għalkemm m’għandux kliem biex jirringrazzja lil kulħadd, filwaqt li għamel tant ħbieb ġodda, jinsab impressjonat b’persuna partikolari li minkejja li s-sitwazzjoni tiegħu ftit li xejn hija aħjar minn ta’ Shawn, għamel kuraġġ u mar biex jagħtih donazzjoni u l-kuraġġ biex jibqa’ jiġġieled din il-kundizzjoni. Qalilna li għalkemm issa jinsab wisq viċin l-aħħar preparamenti għat-tieġ tiegħu, iżda wiegħed li fix-xhur li ġejjin se jkun qiegħed jgħinu wkoll b’attività oħra kbira fil-post tiegħu.

Fost l-attivitajiet li ġew organizzati Mr Cool offra wirjiet ta’ saħħa, kien hemm uffiċjali mis-sezzjoni tal-K-9 li taw wirja bil-klieb u esebizzjonijiet oħra. Id-DJ uffiċjali ta’ Puttinu Cares Sheron għalaq l-attività b’atmosfera mill-isbaħ bil-mużika tiegħu.

Intant Shawn filwaqt li rringrazzja lil kull min attenda għal din l-attività u oħrajn li kienu qegħdin jiġu organizzati matul tmiem il-ġimgħa, qal li sfortunatament ma setax jattendi minħabba li kellu jiddaħħal l-isptar għal xi testijiet.

Minn din l-attività nġabret is-somma sabiħa ta’ €21,540.

Ekonomija

Sport