Illum, għall-ħabta tal-4.00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa garaxx fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 45 sena residenti Ħal Tarxien, kien ċeda bih scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin