Kien għall-ħabta tas-1.00pm meta l-Pulizija ġew informati li fil-Qasam Barranin fil-Mellieħa kien instab raġel mal-art mitluf minn sensieħ u ħdejh kien hemm rota. Ir-raġel għandu 31 sena u residenti l-Mellieħa stess.
Ir-raġel instab minn bidwi li kien ħiereġ mill-għelieqi tiegħu li għandu fl-inħawi.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lir-raġel l-isptar.
Hu ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.