Raġel ta’ 48 sena residenti r-Rabat Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-5:30 p.m kien involut f’inċident fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex.
Minn istħarriġ li sar irriżulta li r-raġel waqa’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’teatru li jinsab fl-istess triq imsemmija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ
Sorsi qrib dan is-sit qalulna li huwa spiċċa fil-periklu tal-mewt tard ilbieraħ filgħaxija.
Ilbieraħ filgħaxija: Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ 3 sulari fit-Teatru Astra
Sorsi qrib dan is-sit qalulna li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, iżda fl-ebda ħin ma kien fil-periklu tal-mewt tant li anke tkellem mal-istaff mediku. Jirriżulta li għandu diversi ksur.
Ir-raġel li aktar kmieni llejla waqa’ madwar 3 sulari kien qiegħed jagħmel xogħol volontarju fuq il-palk tat-Teatru meta għal xi raġuni waqa’.
Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ.
Il-bieraħ waranofsinhar: Raġel jaqa’ madwar 3 sulari fit-Teatru Astra
Għall-ħabta tas-6.00pm raġel Għawdxi ta’ 48 sena waqa’ madwar 3 sulari.
Jirriżulta li l-pulizija fl–Għassa tar-Rabat ġew informati li kien seħħ inċident fit-teatru Astra bl-ewwel indikazzjonijiet juru li r-raġel waqa’ minn fuq xi suffit li hemm fl-istess teatru.
Fuq il-post bħalissa hemm tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li qegħdin jagħtu l-ewwel għajnuna lir-raġel.
Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji dalwaqt.