Raġel imut u mara bi ġrieħi wara li waqgħu minn fuq l-irdum ta’ Wied Fuliјa

Ritratt: TVM News

Aqra wkoll

Raġel miet filwaqt li mara sofriet ġrieħi wara li t-tnejn waqgħu minn fuq l-irdum ta’ Wied Fulija, fiż-żona taż-Żurrieq. Skont informazzjoni li għandha TVM News, il-koppja kienet qed titla’ mal-irdum meta seħħ l-inċident.

Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan il-każ permezz ta’ telefonata li waslet għall-ħabta tas-2:50pm.

Fuq il-post intbagħtu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li mexxew l-operazzjoni ta’ tfittxija flimkien ma’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. Tim mediku kien ukoll preżenti biex jipprovdi l-għajnuna meħtieġa.

Ir-raġel ittella’ minn Marsaxlokk permezz ta’ dgħajsa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li l-mara ttieħdet b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei, fejn ingħatat il-kura meħtieġa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport