Dalgħodu, għall-ħabta tas-7:30 a.m.,il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ
inċident fi Vjal Portomaso, San Ġiljan.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li raġel, Spanjol ta’ 18-il sena, waqa’ minn għoli ta’ madwar erba’ sulari.
Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D. kien infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
